26 Oct
26Oct

Dawra magħna 

Malta il-gżira żgħira f'nofs il-baħar Meditterran, li ftit kienu n-nies li jafu biha. F'temp ta' ftit jiem xegħelet l-aħbarijiet tad-dinja kollha. Aħbar ħażina tixxerred f'tebqa t'għajn imma it-tajjeb ftit isemmuh.  

Iva, lil Malta tagħna li ftit kienu jafu biha, ixxerdet mad-dinja kollha b'ċertu tkasbir. Din il-ħaġa tweġġgħa l'qalbi u wħud minn nies li bħali għandhom għal qalbhom art twelidna. Kif jgħidu dejjem għamel it-tajjeb u insih u l'ħażin aħseb fih. Tinkwetawx jekk ifettillek tinsa' l-ħażin malajr ifakkruwulek. 

Imorru lura fejn din il-ġżira ċkejkna kienet il-mira ta' ħafna nies u għalkemm ma kontx preżenti, minn dak li għallmuna, nibqa' niftakar kemm il-Maltin ta' dari kienu qalbiena u kemm dejjem ħadmu id f'id biex lil art twelidna ĦADD ma jkasbara. L-istorja ta' Malta hi waħda mill-isbaħ. Gżira ċkejkna li rebħet kull ostaklu. 

Iż-żmien gerbeb, karatteristika li baqa' fil-Maltin huwa l-ġeronożita' għal min hu fil-bżonn u biex inkunu għidna kollox u ma nkunx qed nigdeb, insemmi ukoll kemm kultant ingorru għalxejn u xi kultant nindaħlu fejn ma jesgħanix. Imma l-bqija fejn nistgħu nippruvaw inkunu hemm minn ta' l-ewwel biex nagħtu daqqa t'id. 

Il-punt tiegħi hu li dan l-aħħar id-dinja tilfet kull valur. Kull fejn iddur ġlieda ta' poter. Il-flus għamew lil kullħadd. Ngħiduha kif inhi, kullħadd jixtieq li jgħix komdu mhux hekk! Imma żejjed kollu żejjed,  għax mhux sew li min mejjet fis-sakra u min mejjet għal qatra. U dan li qed joħloq firda fid-dinja. 

Min għandu, dejjem irid. U kultant naslu nagħmlu affarijiet li jmorru kontra kull prinċipju. Jien irrid lura l-Malta tagħna fejn, li trid, trid taħdem għalih mhux li tipprova takkwistah bla ebda skrupli. Irrid li iddur fejn iddur tkun moħħok mistrieħ bla ma jkollok biża' li tkun fil-post il-ħażin fil-mument ħażin. Kif jgħidu kultant mal-ħażin jeħel it-tajjeb. U dan mhux sew. Għalfejn kull individwu qabel ma jiġponta subgħajh ma jarax it-tlieta l-oħra li hemm iħarsu lejh. Ejja nidħlu ftit fin nfusna u naraw li Malta tagħna terġa ssir dik il-gżira li ssaħħar kull turist bl-istorja u l-ġmiel li għandha. Li tfal intellgħawhom b'imħabba lejn xulxin biex I-paċi jirrenja  malajr kemm jista' jkun. 

Kri 

26.10.17 

Comments
* The email will not be published on the website.
I BUILT MY SITE FOR FREE USING