Jekk iddur id-dinja issib bosta lingwi differenti u lingwa Maltija qegħda f’nofshom. Għandna għalfejn inkunu kburin li f’din il-gżira ċkejkna nistgħaw inħaddnu lingwa tagħna. Hemm ħafna pajjiżi li jixtiequ li għandhom dan l-unur u mhux li jisselfu lingwa ta’ Pajjiż ieħor.
Tistaqsu, biex inhi ħierġa din dalgħodu? Tibżgħawx ġejja għal punt. Mela għal min ma jafx, il-programmi Maltin jogħoġbuni u nieħu gost nara t-talent jikber f’dan il-pajjiż. U fuq dan nixtieq nikkummenta, mhux biex imaqdar imma biex niġbed l-attenzjoni ta’ xi ħaġa li vera qed iddejjaqni. Kemm fuq xi programmi kif ukoll riklami li jsiru. Ċerti kliem li qed jintużgħaw qegħdin nivvintawhom aħna jew noħduhom minn lingwa oħra jew iktar gravi jkollhom tifsira differenti.
Eżempji żgħar;
Nispera li ħadd ma jieħu għalih imma kieku nagħtu ftit iktar attenzjoni u jekk ma nkunux ċerti nistaqsu inkunu qed inżommu lingwa Maltija ħajja.
14,11,17