Attenzjoni Għal-lingwa tagħna
Sebaħ jum ieħor xemxi u sabiħ. Imma pass ieħor fejn il-lingwa tagħna qed tmut bil-mod il-mod. Nieħu gost naqra u nosserva dak li jkun qed jiġri madwari imma kultant inħossni qed nifga x'ħin naqra u nisma' ċertu kliem.
Nistħajjilkom tgħidu, "Din ħa tibda teqred minn dalgħodu?" U ser inwieġikom "Iva." L-Iva tiegħi hi għal dawk li ma jagħtux kas. Imma kultant trid tiġbed ftit attenzjoni. F'dawn il-jumejn kont qed naqra żewġ artikli, u biex ngħid il-verita' ma stennejtx li se jkolli nikkritika. Toħdunix ħażin imma ċertu żbalji nistgħu nevitawhom.
Wieħed mill-artikli li qrajt il-bieraħ kien jgħid hekk:
Waqt l-argument li seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs u żewġ persuni oħra sofriet xi ġrieħi.
Nikkoreġi: "Waqt l-argument, li seħħ għal-ħabta tas-sitta u nofs, żewġ persuni oħra sofrew xi ġrieħi."
Parti minn artiklu li rajt kien: Miet persuna oħra kienu- Mitt persuna oħra kienu.
Eżempju ieħor ta' ftit kliem ġej minn dawk il-ħafna karti ta' politiċi li nirċievu meta jiftakru fina biex niftakru fihom.
Pajiż-Pajjiż
Kull inkontru- kull laqgħa
Mil-organu- mill-organu
Kieku għal ftit noqgħodu attenti u nagħmlu iktar riċerki, ċertu żbalji ma nagħmluhomx. Il-Malti hija lingwa sabiħa imma fl-istess ħin hija diffiċli. Qatt tistħi tistaqsi għax kif jgħidu l-mistoqsja oħt il-għerf. Ħadd ma twieled perfett u jaf kollox anzi taf kemm taf qatt ma taf biżżejjed.
Taħsbux li jien xi perfetta fil-Malti tiegħi għax anke jien xi kultant niżbalja imma nippruvaw nagħmlu pjaċir lil lingwa tagħna u nieħdu ħsiebha.
Kri
21.11.17