Jum It-Tieġ
Bit-tajjeb u l-ħażin waslet il-ġurnata li Davida u Pawlu kienu tant ilhom jistennew, stenna ftit, nikkoreġi ruħi, ir-raħal kollu kien ilu jistenna. Illum il-Ġimgħa, għoxrin t'Ottubru, jum it-tieġ.
Inħalli f'idejkom biex timmaġinaw il-ġenn li kellha Davida. Trid tkun ma tafhiex biex forsi jirnexxilek tgħidli,
"U iva, mhux f'kull ġurnata tat-tieġ ikun hemm il-ġenn."
Jien u t-tfal konna għandha mis-sitta ta' filgħodu biex nibdew bil-preparamenti għax ngħiduha kif inhi, mal-ħamsa kienet diġa' qabdet iċċempel. Barra minn hekk kelli nġib permess speċjali mill-iskola biex inkun nista' nfallihom. Kif morna għandha lanqas ilħaqna ħabbatnilha, fetħet il-bieb u laqgħatna bil-banda. "Ma nafx jien dawn l-irġiel Sil."
"Bonġu, x'inqala' Dav?"
"Uuu, ċempilt lil kappillan dalgħodu biex inkellem lil Pawlu, peress li dal-lejl raqad għandu. U taf x'qalli? Lanqas temmen, għadu rieqed. Ara jien lanqas biss stgħajt ngħalaq għajn m'għajn."
"Imma Davida ħi, forsi ma setgħax jorqod bil-lejl u raqad ftit qabel ma ċempilt int."
"Puu għal wiċċu, seta' jistenna ftit."
"Ujj Davida, dan xi kliem hu? Int lil Pawlu se tiżżewwġu ta' mhux se taqflu ġo ċella."
"Iva, imma s-soltu jkun ġa qam bħal dal-ħin."
"Ma, int lil papa' ma tagħmillux hekk, lil pa ħallejnih rieqed illum," qaltli bl-ikbar innoċenza Michaela. "Għax ommok tfissdu wisq. Hux vera Sil?"
"Ħaqqu wara kollox, ara kemm idum ix-xogħol miskin biex ma jkun jonqosna xejn. U kieku, kien idum biex jitħallas l-ikel tat-tieġ kieku ma jaħdimx Patrick."
"Iii imn'Alla qed tfakkarni. Ridt nirringrzzjakom ta' kemm kontu ġenerużi tar-rigal. Pawlu vera ħadha sorpriża. Ejja ħa ngħamlilkom x'tixorbu għax daqt ġejja tax-xagħar."
Daħħlitna fil-kċina u għamlet tazza ħalib lit-tfal u belgħa kafe lili. Wara ftit ħabbat il-bieb, "Gab, mur iftaħ waħda sabiħ." It-tifel ħares lejja inkwetat. Qomt minn fejn kont u,
"Ħa nmur niftaħ jien."
Hekk kif ftaħt il-bieb daħlet mara fiha daqs nofsi b'ħanġra ta' ċawla, "Davida, Davida fejn int?"
"Ara Martha. X'kien l'hawn?"
"Int taf tistħi jew ma tafx?"
"X'ġaralek dalgħodu? Mela rqadt mikxufa jew"
"Kont se ngħidlek kif irqadt. Ser tiżżewweġ u kelli nsir naf mingħand in-nies!"
"Għalhekk dan l-għaġeb kollu, ibqa' hawn jekk trid tiġi."
"Int min qallek li mhux hekk se nagħmel? Imissek tistħi l'oħtok tħalliha barra." Jien u tfal bqgħajna ċċassati nħarsu lejhom. Fil-pront ħarset lejna u qaltilha, "Dawn min huma?"
"Din Silvana u dawn it-tfal tagħha, ġirien tiegħi."
"U mhux hekk il-ġirien nistidnuhom u l'għażiża oħtok le."
"Isma' hi, Silvana u żewġħa ħallsulna t-tieġ. Ara int lanqas biss taf li għandek oħtok."
"Ejja imxi l'ġewwa ħa tagħmilli kafe'."
Waqt li bdejt inħares lejhom jilletikaw bdejt naħseb kemm kien sew li kelli l'Davida tgħix ħdejja milli l'oħta. Għax Martha kienet wiċċha tost iktar minn ta' Davida. Hekk kif Davida għamiltilna l-kafe, Martha daret dawra mal-kċina, "MMM haw bdilt ħafna mill-għamara."
"Iva, għax Pawlu mastrudaxxa u għamel xi xogħol."
"Tajjeb, il-ġimgħa d-dieħla nibgħat għalih. Niffranka ftit l-ispejjeż xejn xejn."
"Isma ' Martha ħi il-ġimgħa dieħla se nkunu ħani muwn."
"Fejn?"
"Qamar il-għasel."
"Ukoll, ara vera ma tistħix ta'. Sejra mingħajri?"
"Xi stennejt li nieħdok magħna ukoll?"
Martha daret fuqi u qaltli,"Ara vera għandi oħti ma tistħix jien. Kieku mqar ħasbet fijja."
"Isma' Sinjura."
"Ara l-oħra ġejja bis-sinjura, jien Martha."
"Ismagħni Martha, ma naħsibx li fil-qamar il-għasel hu postok m'oħtok u Pawlu."
"Ara l-oħra wkoll, jien oħtha ta' mhux barranija bħalek." Kelli aptit inqum u nitlaq il' barra imma Davida daħlet fin-nofs. "Isma' Martha ħi, int ġejt hawn ħabba tieġ jew biex tirrovinali ġurnata?"
"Ara x'tgħidlek ukoll, ġejt biex nirrovinalha ġurnata. X'kull waħda." U li kieku ma ħabbatx il-bieb u ġiet tax-xagħar, Martha ma kinitx issodd ħalqha.
Bil-mod il-mod il-ġurnata għaddiet u kien qed joqrob il-ħin li nlestu għal knisja. Jien dħalt ngħin lil Davida tilbes u biex inkun għidt kollox erġgħajt mort lura għal dak inhar li żżewwiġna jien u Patrick.
"Kemm int sabiħa Davida," qaltilha Michaela. "Vera, Pawlu tgħidx kemm se jpespislek,"qabeż jgħid Gabriel. U għal dan il-kumment infqgħajna nidħku. Fil-pront fil-kamra daħlet Martha, "Fejn hi libsa tiegħi?"
"X'libsa?"
"Li se nilbes."
"Mhux int taf fejn qegħdta."
"Jien ma ġibtx ilbiesi miegħi, int suppost għamiltli waħda, rispett bħala oħtpk."
"Jien m'għamiltlek xejn. "
"Ara vera vili int, nistħi ngħid li int oħti."
"Taf x'naf Martha ilni ma narak minn meta ġejt narak l-isptar għax meta kont hemm kont tkissiruli telefown, imbgħad meta ħriġt erġgħajt insejtni. Ġejt għax taf li se niżżewweġ u l-isbaħ ġurnata ta' ħajti għamiltili nfern. Trid kollox mingħandi, imma jien għadni ma nafx fejn hu r-rigal tiegħi u ta' Pawlu."
Rajna l'Martha tibjad u ma qalitx nofs ta' kelma oħra. Wara nofs siegħa ġiet tgħidilna li kienet qed tħossha ma tiflaħx u li ħa terġa' tmur lura f'darha.
Il-bqija tal jum u t-tieġ ta' Davida u Pawlu kien mill-isbaħ, kulħadd ħa gost kemm felaħ. Kien wasal il-ħin biex jinqasam il-kejk, imma dan ma rajnih imkien. Rajt lil Pawlu jitħasseb, "X'ġaralek Pawl?" Staqsietu Davida. "Il-mejda tal-kejk ma nafx fejn hi."
"Serraħ moħħok Pawl, dak ħbejtu d-dar biex ma jikluwulnix."
03,11,17
Kri