Għawdex bla ħsieb
Sewwa jgħidu li fid-dinja qatt m'aħna kuntenti b'xejn! Kemm ilha li Davida telqet qamar il-għasel ma' Pawlu kemm fir-raħal kif ukoll fid-dar tiegħi waqgħat ċerta monotonija. Ma rridx niftiehem ħażin imma telefown ħsibtu bil-ħsara hekk kif għaddew jumejn u lanqas smajtu jdoqq darba.
Imma mat-tielet ġurnata hekk kif wasalt bit-tfal mill-iskola smajtu jdoqq. It-tfal marru jiġru biex iwieġbuh, " Maaa, ċemplet Davida," għajtet Micheala. "Għidilha ġejja."
"Qaltlek il-mama' ġejja.... Iva, tajbin aħna.... issa għadna naslu, illum qagħdna npinġu l-qargħa ħamra għax daqt il-halloween...... Ma tafx x'inhu halloween? Ħa ngħidlek trid tilbes kostum tal-biża' u tmur tħabbat il-bibien bil-lejl...."
"Ejja Mich, agħtini telefown."
"Stenn ma', ħalli ngħidilha."
"Imbgħad għidilha darb'oħra. Ejja ħa nkellimha."
"Uff," qaltli waqt li tagħtini riċevitur. "Hawn Dav, ħsibtek insejtna jien."
"Ħellow Silvana kemm immisjajtek ruħi. U x'insejt, insejt imma kemm jien kif ukoll Pawlu qegħdin l-isptar u issa kelli ċans inqum ftit u ċempiltlek mill-ewwel."
"Qegħdin l-isptar? X'inqala'?"
"U żlaqna u ma stgħajnix nimxu, imma issa jien ok imma Pawlu miskin ħa skoss f'dahru u ma jistgħax jimxi. Lili se jibgħatuni għada filgħodu u sejra norqod id-dar ta' Pawlu imma l'Pawlu se jżommuh miskin."
"Ħażin, issa la jiġi Patrick, nara nkunux nistgħu niġu fi tmiem il-ġimgħa."
"Grazzi Sil, napprezza minn qalbi."
"Ikollkom bżonn xi ħaġa ċempilli."
"Ħallejtek Sil, għax iridu jċemplu nies. Narakom u għid lil Michaela li trid tkompli tispjegali la naraha."
"Orrajt, sellilna għal Pawlu."
Wara dik it-telefonata, moħħi nqaleb ta' taħt fuq. Kelli sebgħa mitt sena biex jiġi Patrick ħa ngħidlu. "Ma', nista' nieħu frotta għax għandi l-ġuħ?" staqsieni Gabriel. "Iva ħu għax fadal ftit biex jiġi missierek. Mich, inti trid?"
"Iva, għid lil Gabriel iġibli larinġa għax qed inpinġi."
"Ma tistgħax tpinġi u tiekol larinġa."
"Għala?"
"Għax twaqqgħa fuq il-karta u ċċapassha."
"Uff u ejja Ma'."
"Le, issa jew tpinġi jew tiekol larinġa."
"Uff." Kultant kellha rasha iebsa iktar minn taż-żonqor. "Jien nista' nagħmlu x'ħin jiġi l-papa' l-homework?"
"Le, ilħqu lestu kollox ħa noħorġu."
"Owkej, mela ħa mur nieħu tuffieħa."
Illum kienu ġew b'waħda minn dawk il-burdati. Sakemm lestew ilħaqt tlgħajt fuq il-bejt naqla' l-ħwejjeġ. Kif inżilt sibt lil Michaela tibki, "x'ġara?" Staqsejtha. "Għax ċappset it-tpinġija bil-larinġa." Kien pront qabeż fin-nofs Gabriel. Ħarist lejha u tħassartha, imma fl-istess ħin ma ridtx inċedilha mill-ewwel. "Skużani ma', m'obdejtekx."
"Ħeq issa ara x'ġaralek."
"Issa l'Miss mhux se twaħħalili mal-ħajt għax mhux se tkun sabiħa." Ġabitli qalbi ġunġliena, "Ejja l'hawn ħa ngħinek, mhux għax ħaqqek għax m'obdejtnix."
"Ma nerġgħax żgur."
Mort fuq u rajt x'kelli fl-armarju fejn kont nerfa' l-afarijiet għal krafts. Niżżilt kartonċina, il-kolla u karti tat-tajr oranġo u sofor. Waħħaltilha l-karta mal-kartonċina u qtgħajna d-dawra tal-qargħa ħamra imbgħad il-karti tat-tajr għamilnihom blalen u bdejna nwaħħluhom ħdejn xulxin. "Il-allu ma, kemm ġiet sabiħa," qaltli hekk kif lestejna. "Imn'Alla m'obdejtekx." Tgħajta ħarsa, "Le, le mami ma nerġgħax żgur. Imma hekk ġiet isbaħ."
"Ejja, erfa' l-affarijiet issa, u mur ara Gabriel fhiex wasal. Ħalli sakemm jiġi missierkom taraw Pudinu."
Qbadt il-ħwejjeġ u bdejt ngħaddihom. It-tfal intefgħu fuq is-sufan jaraw il-programm. Waqt li kont qed ngħaddi moħħi reġa' mar fuq Davida u Pawlu, "Imma kif żelqu? Kieku waqgħat Davida biss, kont ngħid għax imferfxa imma tnejn, sinjal li mill-post fejn kienu....Miskina x'honeymoon' dak it-tnejn f'sodda l-isptar."
"X'int tgedwed waħdek?"
"Il-allu Pat, x'qatgħa tgħajtni. Lanqas smajtek dieħel."
"Indunajt. X'kont qed taħseb biex lanqas lit-tfal jgħajjtu ma smajt?"
"Fuq Davida u Pawlu."
"Kos, min jaf kif sejrin hux?"
"Dawk qegħdin l-isptar Pat."
"X'inhu?"
"Iva, llum, kif ġejt bit-tfal mill-iskola ċemplet." U fi ftit kliem għidt lil Patrick dak kollu li qaltli Davida. Patrick qabel miegħi biex fi tmiem il-ġimgħa imorru nżuruhom. Kif tgħajna l-aħbar lit-tfal tgħidx kemm werżqu bil-ferħ. Għawdex kienu jħobbuh u għalihom kienet avventura ġdida li se noħduhom fil-ħarifa ukoll għax is-soltu konna nitilgħu ġimgħa fis-Sajf meta kien ikun bil-vaganzi Patrick.
Il-Ġimgħa taret u konna fit-triqitna lejn iċ-Ċirkewwa, lit-tfal vera iggustajthom, "Ma, ara dik ir-reddiena xi ddur,"għajtet Michaela. "U hemm, ara, hemm in-nagħaġ."
"Dawk mogħoż," qabeż fil-pront Gabriel. "U kif taf li mogħoż? U għal dan il-kumment innoċenti infqgħajna nidħku kollha. "Uff, għiduli."
"Għax dawk m'għandhomx suf," qallha Gabriel.
Minn hemm u minn hawn wasalna Ċirkewwa u lħaqna l-vapur bl-eżatt. "Fejn ħa nmorru llum?" Staqsha Gabriel. "Issa kif naslu nibqgħu sejrin ix-Xewkija nqegħdu l-affarijiet u wara nmorru naraw lil Pawlu l-isptar."
"Imma Pa, int għidtilna li ser toħodna Ċitadella, Id-Dwejra u Wied il-Mielaħ."
"U l-Għadira ta' San ... San"
"L-għadira ta' San Raflu."
"Iva dik. Ħa nmorru narawha hux?"
"Iva, naf li hekk għidtilkom u ser noħodkom ukoll imma tinsewx aħna ġejna Għawdex biex naraw lil Pawlu u l'Davida." Qalilhom Patrick. Fi ftit ħin wasalna Għawdex u qbadna triq lejn il-flett li konna krejna. Fit-triq Patrick waqaf jixtri l-gażżetta, kien jieħu gost jaraha waqt li jixrob belgħa kafe. "X'kull waħda wkoll," qalli x'ħin daħal fil-karozza. "X'ġara?"
"Ara t-tieni paġna."
"Mela ġa bdejt taqraha?"
"Tgħajt titwila wara li smajt xi nies jitkellmu fil-ħanut."
Ftaħt it-tieni paġna u bdejt naqra, "Persuna f'Għawdex, qed iddur bieb bieb bil-lejl b'maskra u tagħti l'qtgħajja nies." Ħarist lejn Patrick, "Dawn x'affarijiet huma!"
"Milli ftit li qrajt jien mhux xi żgħażagħ."
"Xi ħadd qed jitlef moħħu mela. Ara lejla x'ħin nidħlu nsakkru sew u ma niftħu l-ħadd. Hekk jew b'hekk hawn ma nafux nies aħna."
Wasalna l-flett niżżilna l-affarijiet, "X'ngħamlu imorru l-isptar jew nilħqu ngħamlu xirja?" Staqsieni Patrick.
"Issa morru ftit l-isptar u aħna u ġejjin ngħamlu x-xirja."
"Tajjeb mela tlaqna."
Wasalna l-isptar u l'Davida sibniha hemm ukoll. "Grazzi li ġejtu tarawni."
"Minn qalbna Pawl int qisek familja għalina issa,"għidtlu.
"EEE jien għidtlek li l-familja ta' Silvana jħobbuna."
"Naf, naf Dav."
"Qalulek meta ħa jibgħatuk?"
"Suppost nhar l-Erbgħa. Eħ,Ma kinitx waqgħa."
"Imma dan kif waqgħajtu?"
"Tilef il-bilanċ," qabżet fin-nofs Davida. "Imma jekk tilef il-bilanċ hu, int kif spiċċajt hawn ukoll?"
"Iii ara l-oħra, Dik kif wasalna biex nidħlu dar ġegħeltu jerfgħani bħal tal-films tilef il-bilanċ u spiċċajna tnejn ma' l-art."
"Eħħ Dav, intom m'għadkomx żgħar."
"Għalxejn pruvajt infehma Sil, ras taż-żonqor."
"Qiskom ħa taqbdu miegħi, ara ħa mur ħdejn Michaela, ħa tkompli tkellimni fuq il-'halloween', u jien nirrakkuntalha kemm beżżgħajt nies dil-ġimgħa bil-maskra li xtrajt."
Kri
06.12.17