14. Ngħamlu l-pastini
Għaddew ħmistax, Michaela fieqet u Gabriel reġa' magħna d-dar. Flaħħar konna kollha kuntenti magħqudin flimkien. Imma kull darba li kienet tiġi Davida, it-tifla kienet titla' tiġri fil-kamra tagħha.
"Din se tibqa' miġġielda miegħi? X'ras iebsa għandha! Ma nafx lil min ħarġet tixbah "staqsietni jum fost l'oħrajn Davida waqt kienet għandna tieħu kikkra kafe'.
"Naf lil xi ħadd bħala," għidtilha b'inkejja.
"Bħal ta' min? Għax żgur mhux bħal tiegħek jew Patrick."
Kont se ninfaqa' nidħak imma żammejt. Fil-pront Michaela daħlet fil-kamra u salvatni,
"Tista' tagħtini nixrob ma' jekk jogħġbok?"
Ersaqt lejn il-friġġ biex inġib il-ħalib u nagħmillha tazza.
"Ara Michaela. Kif inti pupa?"
"Issa għaddieli, jien tajba."
"Tajjeb hekk irridek jien. Isma' trid tiġi ftit għandi?"
"Le."
"U ejja Mich sabiħa, Pawlu ilu ma jarak u lum kont se nagħmel ftit pastini u ħsibtek tieħu gost tgħini ftit."
"Vera? Tridni ngħinek?"
Minn taħt tbissimt, fl-aħħar kienet sabet xi ħaġa biex iġġiegħel lit-tifla ċċedi u tkellimha.
"Nista' mmur ma'?"
"Iva, mur imma obdi ta'."
"U aħna mhux kemm nagħmlu l-pastini imbgħad niġi."
Ftit ħin wara Davida u Michaela kienu ħirġin mid-dar. Fl-aħħar it-tifla kienet rattbet ftit rasha u fl-istess ħin Davida, bla ma taf kienet għamlitli pjeċir. Hekk kif telqu, tlgħajt fuq u qlgħajt il-kmamar tas-sodda u ħsilt il-lożor.
Għal ħabta tat-tlieta daħal jiġri Gabriel li kien għamel ġurnata barra flimkien ma' Patrick.
"Kif mortu? X'għamiltu sabiħ?" Staqsejt lit-tifel.
"Morna nistaqdu ma', u l-pa' taf kemm qabad ħut!"
"U int ma qbadtx?"
"Iva, imma xi erba' biss imma vera ħadt gost. Suppost darb'oħra ħa joħodni naqbad il-bebbux."
"Tajjeb, l-aqwa li ħadtu gost."
Daħal Patrick fil-kċina, "It-tifla fejn hi Sil?"
"Lanqas ħa temmen li ser ngħidlek."għidtlu bi tbissima, "marret għand Davida, għax fl-aħħar sabet biex tixtriha. Ħaditha magħha biex jagħmlu l-pastini flimkien."
"Bis-serjeta'? Lanqas irrid nemmen kif irnexxiela ddawwara."
"Aħna ħa nduquhom ma'?" Staqsieni Gabriel. Jien u Patrick infqgħajna nidħku għax fejn tidħol żaqqu l'Gabriel ħadd ma kien jirbaħlu.
Smajt il-qanpiena ddoqq u Gabriel mar jiġri jiftaħ, "Maaa ġew Michaela u Davida."
It-tnejn li huma baqgħu diħlin fil-kċina, "Bla paċenzja bintek ruħi, x'ħin saru riedet tiġi ħalli dduquhom. Issa kif ħa nkunu fiż-żifna missek tgħamlilna belgħa te tajba kif taf tagħmel int."
Poġġew kollha madwar il-mejda u sakemm jien għamiltilhom it-te u l-kafe, it-tifla ħarġet il-platt bil-pastini mill-basket.
"Kemm jidhru sbieħ,"qal lit-tifla Patrick biex jaraha titbissem.
"Dawk Davida għamlithom. Jien qagħadt inħawwadhom u għamiltilhom il-lewż jew ċirasa imma l-aqwa li ħallietni ngħinha."
"Issa tara kemm ġew tajbin, kif idduquhom tibqgħu imbellħin."
"Tajjeb, ħa nnewlilkom il-kikkri, ħalli nduquhom," għidtilhom.
Kien Gabriel li ħataf l-ewwel waħda u kif ħa l-ewwel gidma reġa' beżaqha lura, "Jaqqq, daek x'għamiltulhom?"
Bqgħajna kollha ċċassati nħarsu lejh għax għal-ewwel ħsibna li biex jinki lil oħtu imma kif ħadt l-ewwel gidma indunajt li Gabriel kellu raġun.
"M'għoġbitekx?" Staqsietni Michaela
"Sabiħa, tiegħi tigdimix għax vera tibqa mbellħa għax Davida flok iz-zokkor waddbet melħ."
03.05.18
Kri