16. Il-Lotterija
KRYSTLE KRI·IT-TLIETA, 29 TA’ MEJJU 2018
16. Il-lotterija
Il-festa kienet qed toqrob u żgħażagħ tar-raħal intefgħu b'ruħhom u ġisimhom fuq l-attivitajiet biex jiġbru xi flus għal armar ġdid. Vera li ma kellnix xi festa kbira imma kulħadd kien jipprova jagħti sehmu.
Kull filgħaxija fuq iz-zuntier kienu jintefgħu Martina u Leo ibiegħu l-biljetti, daqqa b'xi qoffa mimlija ikel, xi gwarniċ għad-dar jew xi statwa u għalkemm dejjem biegħu sa l-inqas biljett, l iktar darba li l-biljetti nbiegħu malajr kien meta kienu għamlu vjaġġ għal-Ruma.
Jum fost l-oħrajn kont għaddejja ma ' Davida biex imorru nixtru mingħand Mananni u smajna tpespisa. Hekk kif dorna rajna Leo ġej jiġri.
"Fadalli l-aħħar tlett biljetti, toħduhomli. Ejja, Dav din id-darba għadek ma ħadtli xejn."
Ħarisna lejn xulxin u ddeċidejna li noħduhom.
"Grazzi, grazzi. J'Alla risq," qalilna Leo waqt li qabad miexi.
"Leo," smajna lil min jgħajjatlu. Fil-pront rajna l'Karmni ġejja tħaffef. "Fadallek xi tnejn oħra?''
"Le ta', issa għadni kif begħthom. U ija Karm, għandek ċans, hekk ew b'hekk ġa ħadt sitta."
"Xtaqt nieħu ieħor. Vera nixtieq nirbaħ. B'tar-romol mhux li nista' nwarrab biex ikolli xorti li nsiefer darba."
"Issa li hemm hemm, jien xogħoli lest. Int itlob ftit iktar forsi jitla' tiegħek," qallha waqt li għosfor minn quddiemha.
Jien u Davida komplejna triqitna u kif wasalna għand Mananni sibna erbgħa żgħażagħ jitolbu għal xi riklami. "Kemm jaħdmu jaħasra."qaltli Davida.
"Aħjar hekk milli f'xi vizzju."
"Iva, sewwa qed tgħid Sil. Issa jekk Alla jrid ħmistax oħra u jkun għadda kollox."
Lestejna x-xirja u tlaqna lejn id-dar. It-tfal kienu entużjasti daqs ir-raħal kollu u kienu mlewli s-salott kollu basktijiet bil-karti mqgħattajn.
"Nistgħu mmorru l-maħżen ngħinuhom fil-bżieżaq?" Staqsieni Gabriel.
"Ma taħsibx li għadkom żgħar biex tmorru."
"U ejja ma, ħa jkun hemm Pawlu." Reġa' staqsieni.
Ċempilt lil Davida u kif Pawlu ikkonfermali li vera kien se jkun hemm aċċettajt li noħodhom ftit. Hekk kif wassalthom vera bqgħajt impressjonata bil-ħidma li kullħadd kien għaddej.
Wasal il-Ħadd u hekk kif spiċċat il-quddiesa, il-kappillan ħabbar li kienu se jtellgħu lotterija u x-xorti biex itellagħha messet lil Michaela. Il-kappillan tellagħha fuq banketta u waqt li bdiet tħawwad tellgħat wieħed u newlitu lil kappillan.
"Mela l-biljett rebbieħ hu Aħdar Serie F 125."
Kullħadd ħareġ il-biljetti imma ħadd ma tniffes. Karmni baxxiet rasha u dehret iddiżampuntata. Ħadd milli kien il-knisja ma semma li rebaħ. Hekk kif wasalt id-dar mort niċċekja l-biljetti li kont ħadt il-biljetti tiegħi it-tnejn kienu qrib u verta kiddni F 124 u F 126.
Hekk kif dħalt fil-kċina biex nagħmel kafe ftakart li meta xtrajt il-biljetti Davida kienet ħadet il-biljett l-ieħor allura l-biljett rebbieħ kien tagħha żgur. Ħadt gost għaliha, issa kien se jkollha qamar il-għasel ieħor. Ċempiltilha kollni entużjażmu.
"X'ġara Sil?"
"Il-biljett Dav, int irbaħt."
"Le, Sil mhux jien."
"Kif jista' jkun? Il-biljetti tiegħi ta' qabel u ta' wara li telgħa?"
"Ma nafx ħi. Ħa nħallik ħa nlesti l-borma, aħnaniltaqgħu wara nofs inhar hux?"
"Iva, niġu għalikom aħna."
"Narak Sil."
Hekk kif qegħedt ir-reċivitur f'postu minn barra smajt ħafna għajjat u ħriġt nara x'inhu jiġri.
Rajt lil Karmni għaddejja bil-biljett tgħajjat,"Se nsiefer, se nsiefer. Xi ħadd impustali l–biljett rebbieħ."
Għalaqt il-bieb mingħajr m'għidt xejn. Kont naf li Davida qalbha tad-deheb.
Kri
29.05.18