06 Mar

17. Il-proġett u L-Imsiemer tal-qronfol

"Sil, wasalna," għajjat Patrick hekk kif fetaħ il-bieb ta' barra.
"Qegħda fil-kċina, hawn Davida u Pawlu ukoll." Għajjat biex ikunu jafu fejn qegħdin. Fil-pront daħlet Michaela tiġri tgħannaqni magħha.  

"Kemm inħobbok mammina."
"Anke jien sabiħa tiegħi.Gab fejn hu?" Staqsejt lil Patrick, hekk kif rajtu dieħel u tifel ma kien jidher imkien.
"Telgħa fuq, ġie bin- nervi għax l-għalliem tagħhom xi proġett fuq folklor u tradizzjonijiet antiki."
"Għal daqshekk, ħu paċenzja Pat, għajjatlu ħa nagħtih xi ideat jien." Qabeż fil-pront Pawlu.
"Il-bambin bagħtek illum Pawl," għidtlu hekk kif Patrick mar jgħajjat lit-tifel.
"EEE, Pawlu tiegħi tgħidx kemm hu bravu."
"Ġejja bi bravu Dav,dawn affarijiet li kien jirrakkuntali missieri,għalkemm xi wħud ilħaqthom ukoll."
Fil-pront daħlu Patrick u Gabriel. Gabriel resaq lejn Pawlu u staqsieh," Vera li se tgħini fil-proġett ta' l-iskola?"
"Iva, sabiħ, isa mur ġib xi lapes u karti ħa ngħidlek x'kien isir qabel."
Bla tlaqliq xejn,Gabriel telaq jiġri u f'inqas minn tlett minuti kien bilqegħda ħdejn Pawlu. Minn xi ħaġa monotona, dan I-proġett spiċċa interessanti għal kullħadd. L-ewwel ma beda Pawlu kien fuq kif kienu jsiru l-għerusija u żwiġijiet u wara l-magħmudija u l-quċċija. Is-suġġett tal-quċċija nteresshom ħafna liż-żgħar u damu jistaqsu xi jfissru l-affarijiet li kienu jitpoġġew Saħansitra riedu jafu jekk kontx għamiltilhom meta għalqu sena. Wiċċ it-tifel xegħel hekk kif newwiltlu ritratt tiegħu jaqbad kuċċarun.
"Iġifieri skond il-quċċija, jien se nsir kok?"
"III mela sabiħ," qabżet Davida, "Ommi tgħid li meta għamluli l-quċċija kont qbadt minċott u għal grazzja t'Alla vera ninqala fil-ħjata."
"Ħsibtek ħa tgħid qbadt kuċċarun int ukoll, għax kieku ngħid li din il-quċċija ma taħdimx." Qalet Michaela.
"Għalfejn sabiħa?"
"Għax int ma tafx issajjar għax għamilna l-pastini ħadd ma kien kielhom."
U għal dan il-kumment kullħadd infaqa' jidħak, naturalment minbarra Davida. Pawlu x'ħin ra hekk biddel is-suġett għal logħob li kienu jilgħabu bħal boċċi, żibeġ, qbiż tal-ħabel u lastiku, noli, ħarba, passju, t-tiġieġa l-għamja u elf logħoba oħra.
Bis-saħħa ta' dan il-proġett kollha kemm aħna konna qegħdin nitgħallmu xi affarijiet ġodda. Anke Patrick wera interess u beda jfittex xi ritratti fuq il-kompjuter biex Gabriel ikun jista' juri bl-istampi uħud mill-kitba tiegħu.
" Xi ħaġa li niftakar jien, mhux kullħadd seta' jkollu friġġ, allura kienu jqegħdu l-affarijiet fil-barmil u jqegħduhom fil-bir biex jibqgħu kisħin."
"U ma kienux jiħżienu?" Staqsiet Michaela.
"Le, Mich, għax il-bir kien ikun kiesaħ allura l-affarijiet kienu jibqgħu kisħin. U xi ħaġa li niftakar lil missieri jgħid kien, li biex ikeċċu l-insetti kienu jdaħħlu l-imsiemer tal-qronfol fil-larinġ."
Il-proġett kien ħafna ħin, allura stedint lil Pawlu u l'Davida biex jibqgħu magħna għal ikel. Huma aċċettaw l-istedina u baqgħu magħna. "Prosit Sil, vera ġiek tajjeb."
"U ijja Pawl, platt għaġin għamlet xejn kbir."
"Dav, din il-grazzi li qagħdet tagħmel għalina ukoll." Ħatafa Pawlu.
"Tagħtix kas Pawl, L-aqwa li għoġobkom." Għidtlu jien.
"Aħjar nimxu aħna għax issa qed isir il-ħin."qalet Davida lil Pawlu.
"Iva, vera. Grazzi ħafna ta' l-ikel. U int ġuvnott nerġa' niġi ħa nkomplu xi ftit ieħor."
"X'għandek tgħid Gab!" Qallu Patrick.
"Grazzi Pawl."
U Pawlu u Davida telqu lejn darhom. U sakemm ħsilt il-platti bagħat lit-tfal jinħaslu ħalli mbgħad naraw film flimkien. Il-ħin tar u l-jum għeb ukoll.
L-għada filgħodu wassalt lit-tfal l-iskola u vera iggustajthom kullħadd jirrakkonta fuq il-proġett u x'kienu sabu. Mill-bogħod indunajt li Gabriel żamm ħafna mill-affarijiet għalih, ma kienx ikun irid li jkollu kollox bħal sħabu.
"Karattri." Għidt f'qalbi hekk kif qbadt triqti lura d-dar. Hekk kif kont kważi wasalt id-dar, rajt lil Davida quddiem il-bieb tiegħi b'martell f'idha. Hekk kif ersaqt qrib indunajt li Davida kellha wiċċha mdellek b'xi ħaġa.
"Bonġu Dav."
"X'bonġu, bonġu."
"X'ġaralek?"
"X"ġarali? Dak ir-raġel l'għandi, kieku qiegħed ħdejja ngaralu l-martell għal rasu."
"Iva, ikkalma u għidli x'ġaralek."
"Inti bħali smajtu jgħid li fl-antik kienu jdaħħlu l-imsimer tal-qronfol fil-larinġ biex ikeċċu l-insetti. Hux hekk?"
"Iva, mela."
"Issa ngħidlu x'kienu jagħmlu. Smajt minnu u pruvajt indaħħal l-imsiemer tal-qronfol fil-larinġa biex inkeċċi n-nemel, imma hekk kif tgħajt daqqa ta' martell fuq il-musmar, il-larinġa nfaqgħat."
"Imma int għalfejn użajt il-martell? Dik kemm ittaqqaba biss ridt il-larinġa."
"Iġifieri l-musmar mhux bil-martell ridt indaħħlu?"


Kri 

11.06.18





 

Comments
* The email will not be published on the website.
I BUILT MY SITE FOR FREE USING