21 Nov

Ġurnata l-Belt 

Kont rieqda raqda nobissakemm Gabriel u Michaela iddeċidew li jiġu jaqbżu fuqi u jaqatgħawli għaxar snin minn ħajti. "Ejja ma, qum." Bdew jgħajjtu waqt li bdew iġebbduni biex noħroġ mis-sodda. "iva agħtuni ftit ċans kif ġennintuni." 

"Imma int għidtilna li se toħodna l-belt nixtru l-affarijiet għal iskola,qalli Gabriel. "Jien il-basket bid-dolphins irridu,"qabżet Michaela. "U jien ta' Sponge Bob." 

"Iva, agħtuni ftit nifsmhux għadni nqum u ġa ġennintuniEjjew isfel ħa nagħmlilkom belgħa te' u ħobż mixwi." 

"Ħa nagħmlu jien il-ħobż?" Stasietni Michaela, imma hekk kif kont ħa nwieġibha qabeż Gabriel, "Issjien irrid nagħmlu." 

"Jien għidtilha l-ewwel. Hux vera ma?" 

"Imma jien ikbar minnek." Kienu għoddhom ġennewni. "Ieqfuħadd minnkom m'hu se jagħmel xejn." 

"Uffmhux sew. Kollu tort ta' dan." 

"Ieqfu, ma ridx nisma' iktar għax ma noħodkomx il-belt u mmur meta nkun waħdi. Issa jekk xi ħadd minnkom irid jgħinimorru għamlu s-sodod u jen nilħaq inlesti l-ħobż u t-teKont naf li tlabt iżżejjed imma ridt nara sa fejn kienu kapaċi jasluF'radda ta' salib ma rajthomx iktar quddiem wiċċiKomplejt nieżla t-taraġ u mort inlesti bil-kwiet.  

Hekk kif lestejt, mort ħdejn  it-taraġ  u għajjattilhom. Żewġ minuti wara kienu mal-mejda jieklu. "Prosit ma, kemm ġie tajjeb il-ħobż." 

"Grazzi sbieħ tiegħi. Issa ħaffu ħalli naħsel kollox u mmorru nbiddlu." Bla problemi ta' xejn, klielu u telgħu fuq ibiddlu. Jien ilħaqt ħsilt il-platti u tazzi u tlgħajt warajhom. Hekk kif dħalt fis-sodda bqgħajt iċċassata, mhux talli kienu firxu tagħhom imma kienu għamlu tiegħi ukoll.  Fuq is-sodda sibt nota Grazzi. Qażitli demgħa u mort fil-kmamar tagħhom ngħannaqhom u wara mort inlesti jien. 

Kif it-tlieta konna lesti, iċċekkjat li kelli kollox u tlaqna l'barra. Imma hekk kif ftaħt  il-bieb ħadt qatgħa, sibt lil Davida ma' wiċċi, "Il-marelli kif ħsadtni Dav." 

"U għax kont qed naħsibha nħabbatx." 

"Issa affari tiegħek jekk għadu m'għaddilekx." 

"U le. Jien m'gadnix miġġielda magħkom, u lum iktar u iktar la l'Mulej sewlifni sena oħra." 

"AwguriGħidulha 'happy birthday' lil Davida." 

"Grazzi, grazzi. Jaqaw kontu ħirġin?" 

"Il-mama, se toħodna l-belt, ħa tixtrilna l-affarijiet għal iskola," qabżet ħerqana  Michaela. "Ħabat tajjeb, jien kont se noqgħod id-dar imma issa la qed tgħiduli li sejrin sal-belt niġi magħkom. Naf li ma ndejjaqkomx u tieħdu gost bijja." 

Dak il-ħin ridt nisparixxi, kieku qatgħawli rasi barra lanqas kienet toħroġ qatra demm. "Imma kif dejjem insibha," għidt f'qalbi. "Silvanażomm il-pacenzja." Dort fuqhom u , "X'nagħmlu mmorru?" 

Imxejna ftit sakemm wasalna fuq l-istejġ. Domna ftit u tfal bdiet taqbżilhom xi ftit imma kif raw tal-linja ġejja ikkalmaw.Ma tantx kellhom idumu kwieti għax biex tgħaxxaqa kienet mimlija u kellna noqgħodu bil-wieqfa. "Jekk it-tfal gergru Davida mhux inqas, għax sakemm wasalna l-belt, ħlief tgorr li se joħrġula l-vini u li hemm l-intejjen m'għamlitx. 

Bit-tlikki tlikki wasalna l-belt, qed ngħid hekk għax it-traffiku li sibna kien enormi. "Wasalna," għajtet Davida iktar mit-tfal. "Ejja ħa mmorru nieklu." 

"Aħna ġa kilna,"qabeż fin-nofs Gabriel. "Kont taf li ser tiġu l-belt qadt titmagħhom qabel?" 

"Jien hekk derrejthom." 

"Ħeq, la kiltu immur nixtri żewġ pastizzi għax jien għadni ma kilt xejn,qaltli waqt li qabdet miexja. Wara xi erbgħa passi waqfet u daret  fuqi, "Sil, int m'għandekx Ewro hux? Biex ma nsarrafx." Daħħalt idi fil-basket, newwiltilha ewro u marret tixtriKif ġiet bdejna diħlininduru l-ħwienetTrid tara wiċċ it-tfal kif xegħel hekk kif qabbiltilhom kollox kif riedu humaIċċekkjajt x'kien fadalli flus u għidtilhom"issa nduru ftit ieħor u jekk ikun fadal ħin imorru nieħdu burger." Wiċċhom xegħel u għannquni tnejn li huma."  Bqgħajna mixjin u Davida waqfet quddiem ħanut. "Nidħlu s'hawn?"staqsietni, "jekk trid,weġibthaBdejt nara tħares lejn par imsielet, "Sbieħ hux?" 

"Ħafna," weġibta. "Naħseb nieħu lilhom." 

"Sewwa tagħmel jekk għoġbuk." 

"Sil, naħseb int perss li ma kontx taf li lum għeluq snini xejn ma xtrajtli huxMela dawn ikunu r-rigal tagħkom għalijaGrazzi Sil." 

19,09,17 

Kri 

Comments
* The email will not be published on the website.
I BUILT MY SITE FOR FREE USING