21 Nov

Davida Għandha Għarus 

Wara li tkeċċiet mingħand in-Nutaril-ħruġ ta' Davida fit-toroq ma tantx baqa jidher spiss, dan beda jħasseb lil kullħadd. Kien hemm min ġie jistaqsini biex jara ġraliex xi ħaġa imma jien wara l-prasura li għamilt meta qajjimt raħal sħiħ, farfart minnha biex inkun għidt kolloxgħal darba ħassejt moħħi trankwill. 

Imma Lisa malajr qatgħat l-għatx bil-perżuta lil dawk l'erbgħa sendikajri bħalhagħax skond hi Davida kellha għarusKellha ħabta kif toħroġ bihom imma skond dak li qaletkienet rat xi raġel dieħel d-dar ta' Davida bil-lejl. Pruvajt nimmaġina li kieku kien vera kif kienet tkun ħajjithaimma dal-ħsieb mill-ewwel tajjartu min moħħiGħax bir-rispett kollu min kien se jissaport jgħix ma' persuna bħala. Vera li kellha qalbha tajba imma kienet fitta u tosta ukoll. 

Jum fost l-oħrajn wara li Patrick kien ġie bit-tfal mid-duttrina ikkonfermali li dak li bdiet tgħidli Lisa kien minnu. Mid-dar ta' Davida kien ra raġel ta' xi ħamsin sena ħiereġ. "PossibliKif ma qaltli xejn?"  

"Eeee, mid-dehra Davida mhux kollox tgħidlek imma li jaqblilha,inkieni Patrick. "Tagħmel hi, fl-aħħar mill-aħħar jien għandi raġel u m'għandix bżonn ieħor,għidtlu waqt li mort ħdejh dawwart idi m'għonqu u bistu fuq xufftejh. "U ma tarax ħa nċedi mara bħalek lil xi ħadd," qalli bi tbissima. 

Għaddiet xi ġimgħa u mingħand Davida ma smgħajt xejn iktar, imma r-raħal kien mixgħul bix-xniegħa li fl-aħħar kienet sabet raġel. Min jgħid ħaġa u min jgħid oħramin jitkaża għax ġa qed jgħix magħha, min jirringrazzja l'Alla li sabet xortijha u min juża l-frażi,"fadlilha żmien ukoll." 

 Dan id-diskors wasal f'widnejn il-kappillan ukoll. 

Il-Ħadd filgħodu morna l-knisja nisimgħu l'quddiesa bħas-soltu. "Kos," ħsibt waħdi,"vera li kulħadd impenjat b'ħajtuimma il-Ħadd, ħadd minna ma kien jitlef il-quddiesa. U l-kappillan jista' jagħmel quddiesa waħda għax kważi kulħadd kien jiġi għal quddies tad-disa'." 

Daħlet Davida, u kulħadd baqajħares lejha, ma kinitx waħedha u bħas-soltu ġiet bilqegħda ħdejnaHekk kif poġġew bilqegħdadaqqet il-qanpienaIl-quddies bdiet u għal ftit in-nies neħħew l'attenzjoni minn fuq Davida.  Wasal ħin l'omelija u kulħadd poġġa bilqegħda jisma', "Turix l'id il-leminija x'għamlet ix-xellugijaSentenza li fiha x'tomgħodGħalfejn kull ma nagħmlu għandna nxandruhGħalfejn dejjem irridu l-prositF'dan ir-raħal għandna persuna li biex ma x-xandarx l-att ta' karita' li kienet qed tagħmel sfat vittma taħafna minnkom. 

Dak I-raġel Li hemm bilqegħda ħdejn Davida m'hu ħadd ħlief iz-ziju tiegħi li jgħamilli żjara minn Għawdexgħandi ma stgħajtx inżommu u kont tlabt lil Davida tagħmilli dan il-pjeċirKultant ilsiena nħalluh jikkmandana wisq." 

Għal dan il-kliem tal-kappillan ħafna dehru jbaxxu rashomimma Lisa inkiss inkiss telqet ilbarra. Davida ħarset lejja u minn taħt l-ilsien qaltli, "Eħħmur għidlu s-Sur kappillan li jien lil zijuh sirt inħobbu." 

 

28,09,17 

Kri 

Comments
* The email will not be published on the website.
I BUILT MY SITE FOR FREE USING