Karmni u Davida, Ħbieb jew Għedewwa
Wara l-priedka tal-kappillan kien hemm ħafna li marru skużaw ruħhom ma' Davida. Imma mhux hekk għamlet Lisa għax wara li ġiet umiljata quddiem raħal sħiħ ma derhitx iktar barra u wara xahar sirna nafu li telqet mir-raħal.
Imma kif jista' jkun li f'raħal żgħir bħal tagħna ma jkollnix oħra bħal Lisa? Minflok Lisa ġiet Karmni u mhux biex niġġudika kienet fuq ruħha u tiswa daqs Lisa u erbgħa oħra f'daqqa.
In-nies tar-raħal ma tantx ħadu grazzja magħha u jekk b'xi mod lil Lisa kienu jissaportuha lil Karmni kienu jiskartawa. Għal darba f'kemm ilni nafa, anke Davida skartat lil Karmni, iktar u iktar hekk kif bdiet tistaqsi xi mistoqsijiet fuq Pawlu, iz-ziju tal-kappillan.
Jum fost l-oħrajn Davida ċemplitli inkwetata, "Bonġu Sil. Jien..."
"Hawn Davida, kollox sew?"
"Imsomma ruħi ta' li aħna. Ilni ma nkellmek ftit u għandi xi ngħidlek." Tbissimt kull meta ċemplet, dejjem ċemplet għax kellha xi tgħidli. "Għandi l-inkwiet, Silvana," qagħtatli ħsiebi. "Mela x'inqala Dav?"
"UUU dik Karmni, kemm ilha li ġiet hawn ħa titlifli ruħi."
"Int għamel bħal kullħadd, skartha." Kont naf li diġa kienet qegħda tagħmel hekk imma ma kontx naf x'se naqbad ngħidilha. "Jien hekk qed nagħmel, imma issa jekk Alla jrid qabdet ma' Pawlu."
"Ma' Pawlu?" Staqsejta jien mistgħaġba. "Ħa ġġennu Sil. Qed tgħidlu li qed jgħix fid-dnub u li bħala ziju tal-kappillan għandu jkun t'eżempju mhux ta' skandlu. Pawlu f'kamra għalih jorqod Sil. Jien ma nraqdux ħdejja ta'. Ma tarax. Issa minħabba fiha jrid jitlaq lura lejn Għawdex."
"Ikkalma Davida ħi, kieku minnek immur inkellem lil Kappillan."
"Imma l-kappillan għadu ma jafx."
"Mela aħjar tgħidlulu intom, milli jkun jaf minn nies."
"Jekk ifettillha biss tmur tgħidlu xi ħaġa ma nibqgħax kwieta."
"Isma' minni tkellem ma' Pawlu u morru kellmu l-kappillan."
"Aħjar immur inkellmu malajr jien, Pawlu mhux qiegħed hawn, ħareġ kmieni dalgħodu. U naħseb qabel il-lejla mhux ġej. Ħallejtek Sil, ħa nbiddel u mur sal-knisja." U ma dal-kliem qatgħatli.
Għamilt kafe u qagħadt nistenna li jsir il-ħin li mmur niġbor lit-tfal mill-iskola. Mingħajr ma ridt qagħadt naħseb fuq il-kliem li qaltli Davida. Issa għax tinsab ftit kuntenta, sabet lil Karmni tipprova tfixkilha. "Imma kif fid-dinja dejjem issib min jindaħal fejn ma jesgħux? Aħjar iddur dawra madwara dik Karmni."
Ħarist lejn l-arloġġ u nħsadt, bil-ħsibijiet kont aljenajt rasi u kien sar il-ħin. Qbadt iċ-ċwievet u tlaqt il'barra. Wasalt l-iskola bl-eżatt. Qbadt it-tfal u mxejna lura d-dar nilgħabu aqta' min jien. Imma kif wasalna ħdejn il-knisja jien u tfal waqafna iċċassati. Quddiemna kien hemm Davida ggranfata f'xagħar Karmni u l-kappillan jipprova jferraqhom. "Ħallini sur Kappillan. Issa nqegħda l'dix-xifajk..... Għadek ġejja, qlgħajtli l-inkwiet. Ma ħmilt lil ħadd kuntent f'dar-raħal ."
Dort fuq it-tfal, "Ibqgħu hawn, ġejja." Ersaqt lejhom u għint lil kappillan iferraqhom. "Davida ejja d-dar miegħi. Dan l-inkwiet m'għandekx xi tridu."
"Gerrxitu, telaq lura lejn Għawdex. Għajjura.' U kieku l-kappillan ma daħħalx lil Karmni l-knisja, Davida kienet tibqa' tgħajjat. Ħadtha magħna d-dar u pruvajt nikkalma billi għamiltilha gamumilla u qtgħajtilha biċċa kejk tal-karrotti li kont għadni kif ħmejt filgħodu.
"Tfal morru lestu l-'homework' fil-kamra tagħkom, imbgħad niċċekjahulkom wara, ħalli jien inkellem ftit lil Davida." It-tfal bla problemi ta' xejn telgħu f'kamrithom u jien poġġejt bilqegħda ħdejn Davida. "Ma stennejtix ħaġa bħal din mingħandek Dav, it-tfal jagħmlu bħalek."
"Telaqni Sil, Pawlu telaq lura lejn Għawdex. Kollu t-tort ta' dik l-ixkupa."
"Imma x'ġara eżatt?"
"Kif qtgħajt minn miegħek, u kont sejra għand il-kappillan, ċempilli Pawlu u qalli li telgħa Għawdex u li ħa jibqa' hemm,"qaltli tolfoq. "Kont kuntenta Sil, gerxituli." Tħassartha, qatt ma rajtha dashekk imkissra. Vera li kienet iġennini imma qatt ma bsart li kelli naraha f'dak l-istat. Qomt minn bilqegħda u għannaqtha miegħi, "Ejja, ikkalma, issa ibqa' hawn u x'ħin jiġi Patrick kul magħna."
"Grazzi Sil, imn'Alla għandi lilkom." It-tfal ġew jiġru minn fuq, "Maaa aħna lesti. Tista' tagħtinha l-ħwejjeġ ħa nilħqu ninħaslu?"
"Daqt miegħek Davida." Tlgħajt fuq mat-tfal u waqt li tgħajthom il-ħwejjeġ biex jibdew jinħaslu iċċekjajtilhom ix-xogħol li kienu għamlu. Jien u nieżla t-taraġ smajt it-telefown idoqq, erġgħajt lura u "Min hemm?"
"Jien Silvana, Patrick. Isma qalbi, trid il-lejla mmorru sa l-Imdina?"
"Iva, imma hawn Davida magħna llum għax kellha xi tgħid ma' Karmni. Pawlu telaq lura lejn Għawdex."
"Ħażin, ħażin. U iva, għidilha tiġi magħna."
"Mela issa nmur ngħidilha."
"Narakom dalwaqt qalbi." Mort nagħti l-aħbar lit-tfal u l'Davida u għal ftit irnexxili naraha iċċarrat kemxejn xuftejha.
Daqs kwarta wara Patrick kien magħna d-dar, qlibt lil kullħadd u kilna flimkien, "Issa Davida, hekk kif Silvana tlesti, Inwassluk id-dar u biddel, ma naħsibx li ġejja l-Imdina bil-ħwejjeġ ta' ġewwa."
"Għandek raġun Pat, mela ħa nagħtik daqqa t'id malajr Sil." Qamet minn bilqegħda u ġiet tgħini. Kif lestejna l-platti mort nieħu banju u lestejt biex noħorġu. "Immorru?" Staqsiena Patrick. "Imorru," weġibniħ. Irkibna l-karozza u Patrick saq sad-dar ta' Davida. "Ejjew, idħlu, ma tarax ħa nħallikom barra. X'kull waħda wkoll."
"U le Dav, issa nistennewk hawn," għidtilha. Imma Patrick issorprendini, "U ejja Sil, nidħlu nistennewha ġewwa, hekk jew b'hekk lanqas ħaqq min jarana u jaħseb li Davida m'għandix pjeċir bina." Bqgħajt iċassata nħares lejh." Għidilha Pat, ejja ipparkja sew." Ipparkjajna u nżilna mill-karozza, Davida daħlet iċ-ċavetta fis-serratura u dħalna warajha ġewwa. Imma kif xegħelet id-dawl instemgħa ħafna ċapċip waqt li rajna l'Pawlu għarkubbtejh b'ċurkett f'idu. "Davida, jien ma tlaqtekx, mort inġiblek iċ-ċurkett. Trid tiżżewwiġni?"
"U dażgur li rrid Pawlu ħi," qaltlu hekk kif qabżet fuqu u tefgħatu minn tulu fl-art. "Għidilha l'dik, issa żgur ma nmorrux l-infern."
10,10,17
Kri