Kun kburi b'ilsien pajjiżek
Attenzjoni Għal-lingwa tagħna
Read MoreKun kburi bil-lingwa t'art twelidek. Tippruvax tifraħ b'rix ħaddieħor
Read More Bejn Il-Moħħ u l-qalb
Konfużjoni sħiħa,
Bejn il-qalb u l-moħħ.
Qalbi trid terġa’ tħobb
imma moħħi qed iżomm il-kontroll.
Għal kull darba li ħabbejt,
tkissret qalbi,
weġgħa ħassejt.
Qatt ma stennejt ngħaddi
milli għaddejt.
X’ħin qalbi nipprova niftaħ
moħħi bozza ħamra jixgħal
jerġa’ jġibni konxja
ma jridx iħallini nafda,
Lili jerġa’ jikkontrolla.
Maqbuda f’gaġġa
ta’ ħsibijiet,
għax l-esperjenzi jgħallmuna
u oħrajn ikissruna.
Qed niġġieled battalja
kbira kuljum,
suppost qed tifhimni
għax kull persuna għaddiet minn ħaġa simili.
Pass wara pass
tasal fejn trid
l-importanti tibqa’ tħares ‘il quddiem
4/4/17
Kri
KriBejn Moħħ U qalb
Lenti Differenti
sebaħ jum ieħor
bħal dawk li għaddew
imma dan kien differenti
bdejt nara minn naħa l-oħra tal-lenti.
Qomt bi tbissima
u ridt lil kullħadd biha,
ridta tibdel id-dinja
mhux ngħixu f’monotonija
Kullħadd għaddej mgħaġġel
ma jafx x’se jsib
irid iħaffef u jqassar it-triq
Lanqas biss jafu x hemm madwarhom
ta’ għajrhom ma jgħatux kas
l-aqwa li jgħamlu ħilthom
biex bil-flus jimlew bwiethom
Il-ġisem sar magna
ftit japprezzawh
aħdem u bagħati
imbgħad forsi nixxalaw
Ieqaf sekonda
ifli sew x’hemm madwarek
għal darba f’ħajtek
agħati kas lil għajrek
jaf għandu bżonnok
u qed jistħi jgħidlek
jaf għamillek elf mossa
biex tintebaħ waħdek.
Qum, stembaħ,
neħħi dik l-għaġġla
gawdi l-ġurnata
għax ma tafx hux se tgawdi l-għada
12/10/15
Kri
KriLenti Differenti